27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/38
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 – John Mills vs EUIPO – Jerome Alexander Consulting (MINERAL MAGIC)
(Kawża T-7/17)
(2017/C 063/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: John Mills Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jerome Alexander Consulting Corp. (Surfside, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MINERAL MAGIC” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 151 379
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2087/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy