27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/39
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 – Golden Balls vsEUIPO – Intra- Presse (GOLDEN BALLS)
(Kawża T-8/17)
(2017/C 063/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough QC, M. Hawkins, Solicitor u T. Dolde, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intra Presse (Boulogne Billancourt, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GOLDEN BALLS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 036 503
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1962/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy