6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/24
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 – RI vs Il-Kunsill
(Kawża T-9/17)
(2017/C 070/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RI (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità tar-rikorrent riżultanti minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol mil; l-kummissjoni tal-invalidità u mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill. Ir-rikrrent jikkontesta b’mod partikolari il-konklużjonijiet tal-imsemmija kummissjoni li jistabbilixxu li:
—
s-sindrome tal-kanal tal-karpru ma jistax jiġi rikonoxxut bħala mard ikkaġunat mix-xogħol;
—
dak li wassal għall-inkapaċità tar-rikorrent li jirritorna għax-xogħol ma huwiex is-sindrome tal-kanal tal-karpru, iżda is-sindrome tal-algonewrodistrofija li żviluppat wara l-operazzjoni kirurġika f’idejh ix-xellugija.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-kummissjoni tal-invalidità ma pprovdietx, sal-grad rikjest mil-liġi, spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li wassluha sabiex twarrab ir-rapporti mediċi preċedenti li jikkonfermaw b’mod ċar l-oriġini professjonali tal-mard tar-rikorrent, previst bħala “sindrome tal-kanal tal-karpru kkomplikat b’algonewrodistrofija”.
Full & Egal Universal Law Academy