13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/35
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2017 – Proof IT vs EIGE
(Kawża T-10/17)
(2017/C 078/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u D. Pāvila, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottata fil-kuntratt pubbliku għall-għoti ta’ “Kuntratt qafas għas-servizzi online” EIGE/2016/OPER/03-Lot 1, innotifikat lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ottubru 2016, sabiex jikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni post u biex jagħti l-kuntratt qafas għal-lott 1 lil kumpannija terz;
—
tagħti d-danni lir-rikorrenti għal telf ta’ opportunità u/jew telf tal-kuntratt innifsu fl-ammont ta’ EUR 72 270;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u trasparenza, il-kriterji tal-għoti tal-kuntratt huma impreċiżi u l-proċess ta’ evalwazzjoni mingħajr trasparenza, li b’hekk jagħtu lill-konvenut libertà tal-għażla mhux ristretta fir-rigward tal-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti, li, ladarba ikkoreġuti, iwasslu għal riżultat differenti tal-kuntratt pubbliku, jiġifieri, l-offerta tar-rikorrenti kellha tiġi kklassifikata fl-ewwel post u l-kuntratt qafas mogħti lir-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ġew interpretati l-kriterji għall-għoti b’tali mod li l-kumpannija terz ikkonċernata bbenefikat mill-għarfien miksub matul il-prestazzjoni ta’ kuntratt simili ta’ qabel ma’ EIGE.
Full & Egal Universal Law Academy