27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/43
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2017 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS)
(Kawża T-15/17)
(2017/C 063/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dimitrios Mitrakos (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: D. Bakopanou, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Juan Ignacio Belasco Baquedano (Viana, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “YAMAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 645 478
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 532/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni u tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
Full & Egal Universal Law Academy