27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/43
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – APF vs Il-Parlament
(Kawża T-16/17)
(2017/C 063/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance for Peace and Freedom (APF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu I.4.1 tad-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Diċembru 2016 (Nru FINS-2017-15) dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu stabbilit, kif ukoll l-obbligu li tingħata garanzija;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi li huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-13/17, Europa Terra Nostra vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy