6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/24
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 – Constantinescu vs Il-Parlament
(Kawża T-17/17)
(2017/C 070/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Radu Constantinescu (Kreuzweiler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika – il-Lussemburgu, li tirreġistra l-wild tar-rikorrent fid-daycare centre ta’ Bertrange Mamer u, għaldaqstant, tirrifjuta d-dħul tiegħu fid-daycare centre ta’ Kirchberg;
—
tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2016 tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-6 ta’ Ġunju 2016 kontra din id-deċiżjoni;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali u morali subiti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u fuq il-ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jilmenta li l-konvenut ikkonċeda derogi lil familji oħra, filwaqt li dan irrifjutalu tali deroga mingħajr ma kien iġġustifikat trattament differenti minħabba xi ċirkustanzi oġġettivi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza u tal-Artikolu 41 tal-Karta, li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy