6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/25
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/17)
(2017/C 070/35)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1867 (1), tal-20 ta’ Ottubru 2016, li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 (2) dwar il-proċeduri tar-rikonoxximent reċiproku għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 27(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE (3), tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku
—
Billi adottat ir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni interferixxiet fir-rekwiżiti nazzjonali Ċeki fil-qasam tal-iżnaturament komplet tal-alkoħol, minkejja l-fatt li r-Repubblika Ċeka ma kienet bagħtet ebda komunikazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 92/83 u li l-Kummissjoni kienet ripetutament, min-naħa l-oħra, ikkomunikat li ma kinitx taqbel ma’ dan l-approċċ. Skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 92/83, ma huwiex madankollu awtorizzat li jkun hemm interferenza mar-rekwiżiti nazzjonali ta’ Stat Membru għall-iżnaturament komplet tal-alkoħol mingħajr awtorizzazzjoni minn dan l-Istat Membru.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83
—
L-ewrożnaturant 1:1:1 ma jissodisfax l-għan ta’ din id-dispożizzjoni sa fejn ma jagħtix garanzija suffiċjenti għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali. Fil-fatt, l-ewrożnaturant 1:1:1 huwa taħlita żnaturenti dgħajfa ħafna, peress li l-alkoħol żnaturat b’din it-taħlita jista’ jintuża b’mod abbużiv għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ xorb alkoħoliku.
(1) ĠU 2016, L 286, p. 32
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 249
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206
Full & Egal Universal Law Academy