20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/30
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – LA Superquimica vs EUIPO – D-Tack (D-TACK)
(Kawża T-24/17)
(2017/C 086/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LA Superquimica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: D-Tack GmbH (Hüttlingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “D-TACK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 650 847
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1983/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-estratti tad-database Sitadex rigward it-trade marks Spanjoli Nri 2515958, 2516679, 2542249, 2591412 u 2668711, sottomessi mir-rikorrenti;
—
Il-Bord tal-Appell naħas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-prova ta’ użu sottomessa mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy