27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/44
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – Rintisch vs EUIPO – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)
(Kawża T-25/17)
(2017/C 063/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie laitière européenne SA (Condé Sur Vire, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 981 041 fir-rigward tat-trade mark verbali “PROTICURD”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 247/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy