6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/28
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2017 – Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-26/17)
(2017/C 070/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvillers, Franza) (rappreżentant: J.-P. Le Moigne, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tneħħi l-immunità parlamentari mir-rikorrent, bid-data tat-22 ta’ Novembru 2016 u li tadotta r-Rapport Nru A8-3019/2016 ta’ [X];
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil J-F. Jalkh is-somma ta’ EUR 8 000 għal kumpens tad-dannu morali subit;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza;
—
tikkundannna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil J-F. Jalkh, bħala rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, is-somma ta’ EUR 5 000.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rikorrent jqis li l-Parlament għamel applikazzjoni żbaljata tar-regoli relatati mal-immunità tat-deputati tal-Parlament Franċiż, u jippretendi li jħawwad l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni neċessarja tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. Il-proposti u l-opinjonijiet li saru matul l-intervent ta’ J.-M. Le Pen fuq is-sit tal-Front Nazzjonali saru fil-kuntest tal-attivitajiet politiċi ta’ J.-M. Le Pen u tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-istess kunċett ta’ immunità parlamentari. Ir-rikorrent jikkunsidra li l-Parlament jippretendi li jinjora li l-immunità parlamentari, f’demokrazija, toffri immunità doppja mill-qorti: l-irresponsabbiltà u l-invjolabbiltà.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ħsara għall-ġurisprudenza stabbilita mill-kummissjoni tal-affarijiet legali tal-Parlament Ewropew fil-qasam ta’:
—
libertà tal-espressjoni
—
fumus persecutionis
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza taċ-ċertezza legali komunitarja u l-ħsara għall-aspettativi leġittimi.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ħsara għall-indipendenza ta’ deputat.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew relatat mal-proċedura li tista’ twassal għall-iskadenza ta’ deputat (subparagrafu 2 tal-Artikolu 3(4) ġdid tal-imsemmi regolament). Skont ir-rikorrent, minkejja wkoll li piena aċċessorja ta’ ineliġibbiltà li twassal għall-iskadenza tal-mandat huwa previst mil-liġi Franċiża għad-delit imputat lilu, il-gvern Franċiż ma avżax lill-President tal-Parlament, filwaqt li l-proċedure teħtieġ, u ebda organu kompetenti tal-Parlament (il-President, il-Kummissjoni legali, l-Assemblea) ma talab minnu rendikont. L-ommissjoni ta’ din il-formalità sostanzjali hija biżżejjed biex tivvizzja r-rapport u d-deċiżjoni kkontestata.
8.
It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent. Dan tal-aħħar ma kienx mistieden matul il-vot fis-seduta plenarja tal-Parlament fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu. B’hekk, huwa kellu biss 10 minuti biex jargumenta il-motivi tad-difiża tiegħu, għaż-żewġ proċessi li jikkonċernawh, quddiem il-kummissjoni għall-affarijiet legali, wara għeluq tal-attivitajiet minnha, lejn is-sitta ta’ filgħaxija.
9.
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ kull bażi għall-prosekuzzjoni, għat-talba ta’ tneħħija ta’ immunità. L-ilment inizjali u l-prosekuzzjoni diliġenti mill-prosekutur Franċiż kontra r-rikorrent jonqsu minn bażi. Skont ir-rikorrent, ir-rapport adottat mill-Parlament huwa f’dan ir-rigward doppjament falz. Il-fatt tal-prosekuzzjoni ġudizzjarja tar-rikorrent minkejja li waqqaf huwa stess il-ksur allegat li tiegħu huwa ma kienx l-awtur u li jiġi deċiż li titneħħa l-immunità parlamentari tiegħu, ma jaqax manifestament taħt il-ġustizzja iżda taħt il-volontà li jindilek, li ssirlu l-ħsara u li jiġi prosekutat dan tal-aħħar u l-moviment tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy