6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/29
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2017 – Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-27/17)
(2017/C 070/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean François Jalkh (Gretz Armainvillers, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrenti, tat-22 ta’ Novembru 2016 u li tadotta ir-rapport Nru A8-3018/2016 ta’ [X];
—
tordna lill-Parlement Ewropew iħallas lil Jalkh is-somma ta’ EUR 8 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza;
—
tordna lill-Parlement Ewropew iħallas lil Jalkh is-somma ta’ EUR 5 000 bħala rimbors għall-ispejjeż rekuperabbli.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rikorrenti tqis li l-Parlament applika b’mod żbaljat ir-regoli marbuta mal-immunità tad-deputati tal-Parlament Franċiż, u ma jiddistingwix sewwa bejn l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
2.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-applikazzjoni neċessarja tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. Skont ir-rikorrenti, l-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi jallegaw li hija qalet kliem li hija ma kinitx l-awtur tagħhom u li l-imsemmija awtoritajiet ma jikkontestawx li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attivitajiet politiċi.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-kunċett ta’ immunità parlamentari. Ir-rikorrenti tqis li l-Parlament jippretendi li jinjora li l-immunità parlamentari, f’demokrazija, toffri immunità ġudizzjarja doppja: l-irresponsabbiltà u l-invjolabbiltà.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ġurisprudenza stabbilita tal-kummissjoni tal-kwistjonijiet legali tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-:
—
libertà tal-espressjoni
—
fumus persecutionis
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-inosservanza taċ-ċertezza legali Komunitarja u fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi.
6.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-indipendenza ta’ deputat.
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew marbuta tal-proċedura li tista’ twassal għat-tneħħija ta’ deputat (l-inċiż 2 tal-Artikolu 3(4) il-ġdid tal-imsemmi regolament). Skont ir-rikorrenti, għalkemm għad-delitt imputat lilha, id-dritt Franċiż jipprevedi piena aċċessorja ta’ ineleġġibbiltà li twassal għat-tneħħija tal-mandat, il-Gvern Franċiż dan ma ġabux għall-attenzjoni tal-president tal-Parlament, kif titolbu jagħmel il-proċedura, u l-ebda korp kompetenti tal-Parlament (il-president, il-kumissjoni legali, l-assemblea) ma talbu jwieġeb għal dan. L-omissjoni ta’ din il-formalità sostanzjali hija suffiċjenti sabiex tivvizzja r-rapport u d-deċiżjoni kkontestata.
8.
It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Din tal-aħħar ma ġietx mistiedna, waqt il-vot fil-plenarja tal-Parlament fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu. Għalhekk, hija kellha biss 10 minuti sabiex issostni l-motivi tad-difiża tagħha, għal żewġ proċessi li kienu jikkonċernawha, quddiem il-kummissjoni għall-kwistjonijiet legali, wara l-għeluq tal-attivitajiet ta’ din tal-aħħar, lejn is-sitta ta’ fil-għaxija.
9.
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq l-infondatezza tal-investigazzjonijiet, għat-talba tat-tneħħija tal-immunità, sa fejn:
—
qabel xejn, ir-rikorrenti la hija d-direttriċi tal-pubblikazzjoni tal-verżjoni stampata tal-Front national (“FN”) u tal-federazzjonijiet tagħha, u lanqas id-direttriċi tal-pubblikazzjoni tas-siti tal-internet tal-federazzjonijiet FN, u konsegwentement ma hijiex lanqas direttiriċi tal-pubblikazzjoni tal-federazzjoni FN tas-66 (Pyrénées Orientales), kif ukoll, ir-rapport adottat mill-Parlament huwa fid-dawl ta’ dan kollu falz doppjament;
—
sussegwentement, din tal-aħħar ma hijiex awtur tar-rivista kontenzjuża iżda l-awturi tagħha kienu magħrufa u fil-frattemp ma ġew investigati meta l-immunità ta’ din tal-aħħar tneħħiet;
—
barra minn hekk, li jinbdew investigazzjonijiet kontra persuni eletti taħt il-pretest li dawn jiddikjaraw tibdil tal-leġiżlazzjoni fil-programm tagħhom jikkostitwixxi żvilupp antidemokartiku estremament perikoluż sa fejn jippreġudika b’mod partikolarment gravi l-libertà tal-opinjoni.
Full & Egal Universal Law Academy