3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/51
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-31/17)
(2017/C 104/71)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u A. Tavares de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2018 tal-Kummissjoni Ewropea (KE), tal-15 ta’ Novembru 2016 (ĠU 2016, L 312, p. 26), li teskludi mill-finanzjament infiq speċifiku mwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn eskludiet mill-finanzjament l-ammont ta’ EUR 660 202,73 relatat ma’ nefqa ddikjarata mill-Portugall fit-taqsima ta’ assistenza teknika tal-Programm POSEI għall-Azores fis-snin finanzjarji 2012 u 2013;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, tat-30 ta’ Jannar 2006, li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (ĠU 2006, L 270M, p. 182).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2008, L 322M, p. 162).
Full & Egal Universal Law Academy