13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/37
Rikors ippreżentat fl-20 ta Jannar 2017 – Skyleader vs EUIPO – Sky International (SKYLEADER)
(Kawża T-34/17)
(2017/C 078/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skyleader a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Malmstedt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky International AG (Zug, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “SKYLEADER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 347 827
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 805/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni Nru 11084 C tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Sky International għall-ispejjeż tal-proċeduri kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tad-dritt tal-Unjoni u tal-miżuri proċedurali sostanzjali tad-dritt tal-Unjoni;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u effikaċji;
—
Ksur tar-Regola 45(5) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy