13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/38
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2017 – VR-Bank Rhein-Sieg vs SRB
(Kawża T-42/17)
(2017/C 078/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: VR-Bank Rhein-Sieg eG (Siegburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tal-15 ta’ April 2016, li tiffissa l-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2016 (SRB/ES/SRF/2016/06) u d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tal-20 ta’ Mejju 2016, li tiffissa l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2016 u li tikkompleta d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-15 ta’ April 2016 li tiffissa l-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2016 (SRB/ES/SRF/2016/13), sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati jikkonċernaw il-kontribuzzjoni tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-14/17, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy