3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/55
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Mackevision Medien Design vs EUIPO (TO CREATE REALITY)
(Kawża T-50/17)
(2017/C 104/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mackevision Medien Design GmbH Stuttgart (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Stolz, U. Stelzenmüller u J. Weiser, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TO CREATE REALITY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 098 106
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 995/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy