13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/42
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 – Pegasus vs Il-Parlament
(Kawża T-57/17)
(2017/C 078/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pegasus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu I.4.1 tad-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Diċembru 2016 (Numru: FINS-2017-31) li jirrigwarda t-tnaqqis fl-ammont tal-finanzjament bil-quddiem sa 33 % tal-ammont massimu stabbilit kif ukoll l-ordni ta’ kostituzzjoni ta’ garanzija;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li huwa essenzjalment identiku jew simili għall-motiv invokat fil-Kawża T-54/17, CLF vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy