10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/29
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 – L vs Il-Parlament
(Kawża T-59/17)
(2017/C 221/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, lawyer)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li permezz tagħha tkeċċa r-rikorrent, li għandha d-data tal-24 ta’ Ġunju 2016 u li r-rikorrent irċieva fil-25 ta’ Lulju 2016;
—
tordna lill-Parlament iħallas danni mhux pekunjarji ta’ EUR 100 000; u
—
tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż legali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ informatur kif iddefiniti fl-Artikolu 22(a) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament intern.
2.
It-tieni motiv: assenza ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv: ksur tad-dmir ta’ premura.
6.
Is-sitt motiv: assenza ta’ tweġiba mill-Parlament għat-talba tar-rikorrent għal assistenza, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tad-dritt għal konċiljazzjoni.
7.
Is-seba’ motiv: ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.
8.
It-tmien motiv: użu ħażin ta’ poter.
Full & Egal Universal Law Academy