3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/55
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 – Safe Skies vs EUIPO – Travel Sentry (TSA LOCK)
(Kawża T-60/17)
(2017/C 104/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Safe Skies LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Schwepler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Travel Sentry, Inc. (Windermere, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TSA LOCK” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 530 168
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 233/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjenti (potenzjali) għall-ispejjeż tal-proċedura amministrattiva quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tiffissa data għal seduta fl-ipoteżi fejn il-Qorti Ġenerali ma tistax tagħti deċiżjoni mingħajr seduta.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri mal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy