27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/23
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Grupo Orenes vs EUIPO – Akamon Entertainment Millenium (Bingo VIVA! Slots)
(Kawża T-63/17)
(2017/C 095/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Orenes, SL (Murcia, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akamon Entertainment Millenium, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Bingo VIVA! Slots” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 468 251
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7/11/2016, fil-Każ R 453/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikoli 64, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 moqrija flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u mar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja marbuta mal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija;
—
nuqqas ta’ twettiq ta’ paragun adegwat tas-sinjali kollha.
Full & Egal Universal Law Academy