3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/56
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Lions Gate Entertainment vs EUIPO (DIRTY DANCING)
(Kawża T-64/17)
(2017/C 104/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lions Gate Entertainment Inc. (Santa Monica, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Hall, Barrister u D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Dettalji dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark tal-Unjoni kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “DIRTY DANCING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 930 102
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 331/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy