20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/32
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Westbrae Natural vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (COCONUT DREAM)
(Kawża T-65/17)
(2017/C 086/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Westbrae Natural, Inc. (Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. McFarland, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaufland Warenhandel GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COCONUT DREAM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 599 501
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 182/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna li l-ispejjeż jitħallsu lir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy