3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/59
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 – TenneT Holding vs EUIPO – Ngrid Intellectual Property (NorthSeaGrid)
(Kawża T-70/17)
(2017/C 104/82)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TenneT Holding BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Limperg, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ngrid Intellectual Property Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “NorthSeaGrid” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 223 517
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1607/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy