10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/41
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – RS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-73/17)
(2017/C 112/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RS (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni tal-11 ta’ April 2016 li tirrigwarda ċ-ċaħda tal-applikazzjoni tar-rikorrent fil-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 hija annullata;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-danni morali li huwa sostna;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Huwa qajjem għalhekk eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni interna kkontestat peress li dan kien jipprevedi kundizzjoni ta’ dħul li għandha bħala effett li tiċħad l-aċċess għall-kompetizzjoni lil membri tal-persunal temporanju li ma kienux f’pożizzjoni amministrattiva ta’ attività, fuq leave minħabba s-servizz militari, fuq leave tal-ġenituri jew fuq leave tal-familja jew li kienu ssekondati matul it-12-il xahar qabel l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet.
Full & Egal Universal Law Academy