18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/36
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Danjaq vs EUIPO – Formosan (Shaken, not stirred)
(Kawża T-74/17)
(2017/C 121/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Danjaq, LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Baran u G. Messenger, barristers, D. Stone u A. Dykes, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formosan IP (Oxford, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Shaken, not stirred” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 406 343
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 255/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy