10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/42
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Schoonjans vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/17)
(2017/C 112/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alain Schoonjans (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni tal-11 ta’ April 2016 dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 hija annullata;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 bħala dannu morali li huwa ġarrab;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż tal-kompetizzjoni bbażata fuq żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (Kondizzjonijiet tal-impjieg), sa fejn il-Kummissjoni llimitat l-aċċess għall-kompetizzjoni interna organizzata għall-grad AST2 biss għall-membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati fil-grupp ta’ funzjonijiet III.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din il-kundizzjoni ta’ ammissjoni fi kwalunkwe każ ma hijiex iġġustifikata mill-interess tas-servizz jew min-natura tal-postijiet vakanti.
Full & Egal Universal Law Academy