18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/38
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Genilova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale)
(Kawża T-90/17)
(2017/C 121/56)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gelinova Group Srl (Tezze di Vazzola, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “galatea…è naturale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 187 695
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 207/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy