18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/38
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2017 – Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/17)
(2017/C 121/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Duferco Long Products SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u M. Favart, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla l-Artikolu 1(f) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) li tqiegħdet għall-implementazzjoni mill-Belġju favur Duferco;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti tad-dritt u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-eżami tan-natura pari passu tas-sitt miżura ddikjarata mhux kumpatibbli mas-suq komuni. Dan il-motiv huwa mqassam f’żewġ partijiet:
—
l-ewwel parti, li tgħid, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, it-tranżazzjoni inkwistjoni twettqet pari passu;
—
it-tieni parti, li tgħid, li l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura pari passu tat-tranżazzjoni hija vvizzjata minn żbalji serji ta’ kalkolu u ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-eżami tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq. Dan il-motiv jinqasam f’erba’ partijiet:
—
l-ewwel parti, li tgħid, li billi topera konfużjoni bejn l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni twettaq żball ta’ dritt u tagħmel applikazzjoni mhux korretta tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq;
—
it-tieni parti, li tgħid li, billi ma tagħmilx analiżi paragunabbli jew ma tagħmilx metodu ta’ evalwazzjoni ieħor tat-tranżazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni tikser il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ diliġenza fl-evalwazzjoni ta’ dan il-kriterju;
—
it-tielet parti, li tgħid li l-Kummissjoni kisret l-obbligi ta’ motivazzjoni u ta’ diliġenza fl-evalwazzjoni tal-kriterju tal- investitur privat f’ekonomija tas-suq;
—
ir-raba’ parti, li tgħid li r-Reġjun tal-Vallonja pprovda numru importanti ta’ dokumenti li jaffermaw li l-Foreign Strategic Investment Holding, sussidjarja tas-Société Wallonne de Gestion et de Participation, aġixxiet bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.
Full & Egal Universal Law Academy