10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/44
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – ACTC vs EUIPO – Taiga (tigha)
(Kawża T-94/17)
(2017/C 112/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ACTC GmbH (Erkrath, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Hoene, D. Eickemeier u S. Gantenbrink, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taiga AB (Varberg, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “tigha” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 459 617
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 693/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy