10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/45
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – K vs EUIPO – (TeamLava (Animated icons)
(Kawża T-96/17)
(2017/C 112/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor u T. Dolde, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TeamLava LLC (Redwood Suite, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinn tal-Unjoni Nru 2216416-0049
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-01/12/2016 fil-Każ R 1948/2015-3
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy