10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/46
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her- bea)
(Kawża T-97/17)
(2017/C 112/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R. Seelig & Hille OHG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “her- bea” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 689 964
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1/12/2016 fil-Każ R 371/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy