24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2017 – RT vs Il-Parlament
(Kawża T-98/17)
(2017/C 129/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RT (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli,
—
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad ċertifikat mediku kif ukoll, sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-13 ta’ Jannar 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni, nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy