8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/48
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Eutelsat vs GSA
(Kawża T-99/17)
(2017/C 144/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eutelsat SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: L. de la Brosse, avukat)
Konvenuta: European Global Navigation Satellite Systems Agency
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tilqa’ t-alba għal miżuri istruttorji ppreżentati mir-rikorrenti;
—
tannulla i) id-deċiżjoni li tiċħad l-“aħjar offerta definittiva” min-naħa tar-rikorrenti, adottata mill-Aġenzija fir-rigward tal-avviż tal-kuntratt Nru GSA/CD/14/14 – “operatur ta’ servizzi Galileo”, iffirmat fid-29 ta’ Novembru 2016, u ii) id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor għall-ġestjoni u ż-żamma tas-sistema Galileo;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li l-offerent ikklassifikat fl-ewwel post bideel il-fajl tal-applikazzjoni tiegħu matul il-proċedura, bi ksur i) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt; u ii) tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti.
2.
It-tieni motiv jallega li, matul il-proċedura, l-Aġenzija biddlet il-kontenut tal-kriterji finanzjarji applikabbli għall-għażla tal-offerti.
3.
It-tielet motiv jallega li l-metodu użat mill-Aġenzija sabiex tikklassifika l-kriterji tal-prezz li ppermettiex li tintgħażel l-offerta li kienet l-iktar ekonomikament vantaġġuża.
4.
Ir-raba’ motiv jallega li l-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ma kinitx konformi mar-regoli u li l-imparzjalità tiegħu ma tistax tiġi ggarantita.
5.
Il-ħames motiv jallega li l-offerent ikklassifikat fl-ewwel post ippreżenta offerta anormalment baxxa.
6.
Is-sitt motiv jallega ksur tar-regoli ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati, u jinvoka vantaġġ li jmur kontra r-regoli marbuta mal-kunflitti ta’ interess.
7.
Is-seba’ motiv jallega li l-Aġenzija wettqet numru ta’ żbalji inkonnessjoni mal-kriterji kwalitattivi tal-għoti.
8.
It-tmien motiv jallega li l-Aġenzija ma osservatx l-obbligu tagħha li tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjonijiet ikkontestati.
9.
Id-disa’ motiv jallega li l-valur tal-kuntratt huwa ħafna inqas għoli mill-valur totali indikat fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat mill-Aġenzija u fl-aħjar offerta definittiva ta’ Eutelsat.
Full & Egal Universal Law Academy