18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/41
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Ricordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)
(Kawża T-103/17)
(2017/C 121/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ricordati Orphan Drugs (Puteaux, Franza) (rappreżentant: J. Quirin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Normon SA (Tres Cantos, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “NORMOSANG” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 174 926
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 831/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regoli 19(2)(a)(ii) u 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy