24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/23
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 – Apple vs EUIPO – Apo International (apo)
(Kawża T-104/17)
(2017/C 129/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Olsen u P. Andreottola, Solicitors, u G. Tritton, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apo International Co. Ltd (Taipei City, it-Tajwan)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “apo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 293 628
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 698/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ reformatio in peius;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li l-azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 8(4) ma kinitx issostanzjata.
Full & Egal Universal Law Academy