18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/41
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-108/17)
(2017/C 121/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Jones, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016 (id-“deċiżjoni kkontestata”) għal rifjut ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tagħha C (2016) 3549 (id-“deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni”) li tagħti lill-impriżi VinyLoop Ferrara SpA, Stena Recycling AB u Plastic Planet srl awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sustanza kimika magħrufa bħala ftalat ta’ bis(2-etilesit) taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1);
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti; u
—
tordna kwalunkwe miżura oħra meqjusa xierqa.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ liġi u evalwazzjoni rigward l-allegata konformità tat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ VinyLoop, Stena u Plastic Planet fis-sens tal-Artikolu 62 u l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) u l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar l-analiżi tal-alternattivi.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy