18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/42
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2017 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER)
(Kawża T-109/17)
(2017/C 121/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FCA US LLC (City of Auburn Hills, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Morcom, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell: Robert Dennis Busbridge (Hookwood, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VIPER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 871 101
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 554/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tal-Ewwel Bord tal-Appell u tibgħat lura t-talba ta’ R.D. Busbridge lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tittieħed azzjoni xierqa;
—
ir-rikorrenti titlob ukoll li l-EUIPO jiġi kkundannat għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li R.D. Busbridge kien ipprova l-użu fir-rigward tal-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fir-Renju Unit (jiġifieri, “Karozzi sportivi”);
—
Il-provi prodotti minn R.D. Busbridge kienu kompletament inadegwati sabiex jiġi pprovat użu “ġenwin” kif meħtieġ mill-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy