24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/25
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Pelikan vs EUIPO – NBA Properties (NEW ORLEANS PELICANS)
(Kawża T-112/17)
(2017/C 129/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NBA Properties, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-abjad u bl-iswed li tinkludi l-element verbali “NEW ORLEANS PELICANS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 518 487
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 408/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy