15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/36
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2017 – Proximus vs Il-Kunsill
(Kawża T-117/17)
(2017/C 151/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proximus SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Diċembru 2016, intiża sabiex il-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u mhux lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li allegatament il-metodoloġija applikata fl-evalwazzjoni tal-prezz tal-offerti ma joffrix il-possibbiltà li tiġi magħżula l-offerta ekonomikament l-iktar vantaġġuża, hekk kif mitlub mid-dritt Ewropew.
Full & Egal Universal Law Academy