24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/27
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Torné vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-128/17)
(2017/C 129/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Torné (Algés, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi,
—
id-deċiżjoni ta’ ċaħda, tas-16 ta’ April 2016, tat-talba tagħha li tiffissa r-rata ta’ akkwist tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni u l-età tal-irtirar tagħha, hija annullata.
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti f’din it-tilwima tikkontesta d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tat-talba tagħha għall-ksib ta’ deċiżjoni antiċipata dwar ċerti elementi determinati u invarjabbli tal-kalkolu tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni. L-imsemmija parti tqis li ċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha tikkostitwixxi astensjoni li tiġi adottata miżura preskritta mir-Regolamenti tal-Persunal u hija, għaldaqstant, att li jikkawża preġudizzju skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Rigward l-elementi tal-kalkolu tal-pensjoni tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-prattika tal-Kummissjoni li tikkonsisti f’li tqis li t-trasferiment ta’ membru tal-persunal temporanju li jaqa’ taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg lejn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea jinvolvi l-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid, distint minn dak preċedenti, li juri d-diskontinwità tal-karriera ta’ dan il-membru tal-persunal u jinvolvi b’hekk l-applikazzjoni ta’ Regoli tal-Persunal ġodda dwar il-pensjoni tal-irtirar.
Full & Egal Universal Law Academy