8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/50
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Scor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-135/17)
(2017/C 144/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Baverez, N. Autet, M. Béas u G. Marson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-punt “(i) garanzija illimitata mogħtija lill-Caisse Centrale de Réassurance (CCR) għall-attività tagħha ta’ riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali fi Franza” tad-Deċiżjoni ta’ għajnuna mill-Istat SA.37649 (2013/CP); SA.45860 (2016/PN); SA.45860 (2016/N) – Franza fid-data tas-26 ta’ Settembru 2016, C(2016) 5995 finali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq bażi legali żbaljata għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-garanzija mogħtija lill- Caisse Centrale de Réassurance.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq diversi nuqqasijiet ta’ motivazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:
—
l-ewwel parti, ibbażata fuq żbalji relatati mal-applikazzjoni tal-istħarriġ ta’ proporzjonalità;
—
it-tieni parti, ibbażata fuq in-natura sproporzjonata tal-garanzija.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy