24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/29
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Prim vs EUIPO – Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)
(Kawża T-138/17)
(2017/C 129/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Prim, SA (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PRIMED” Nru 5 154 182
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 fil-Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy