24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/32
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kaimbi vs Il-Kunsill
(Kawża T-142/17)
(2017/C 129/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Delphin Kaimbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li jemenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn dan jikkonċerna lil Delphin Kaimbi;
—
tikkundanna lill-Kunsill biex ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy