24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/34
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 – Mondi vs ACER
(Kawża T-146/17)
(2017/C 129/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mondi AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta mogħtija fil-Kawża A-001-2017 (consolidated), tas-17 ta’ Frar 2017, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ammessa tintervjeni; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta kif ukoll ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-Bord tal-Appell ċaħad b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess leġittimu tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċeduri ta’ appell.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għaliex il-Bord tal-Appell ma kkomunikax lir-rikorrenti l-osservazzjonijiet tal-konvenuta dwar it-talba għal intervent tal-imsemmija rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy