24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/34
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2017 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL)
(Kawża T-150/17)
(2017/C 129/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, iċ-Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Nru 637 686
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 282/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Red Bull għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy