8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/53
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Sumner vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/17)
(2017/C 144/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Loreto Sumner (Leixlip, l-Irlanda) (rappreżentant: J. MacGuill, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-rifjut tal-10 ta’ Jannar 2017 mis-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni, innotifikat fis-17 ta’ Jannar 2017, li r-rikorrent jingħata aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub ippreżentati minn kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-proċedura pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu dwar allegat ksur mill-Irlanda tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas li titwettaq evalwazzjoni konkreta tat-talba għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-invokazzjoni illegali ta’ preżunzjoni ġenerali, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza ċċitata.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jsir eżami speċifiku u effettiv tar-riskju għal kull dokument kkonċernat, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza ċċitata.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jsir eżami speċifiku u effettiv tal-aċċess parzjali potenzjali, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza ċċitata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza ċċitata.
Full & Egal Universal Law Academy