24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/36
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2017 – Deichmann SE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-154/17)
(2017/C 129/55)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257, tal-14 ta’ Diċembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, minħabba nuqqas ta’ bażi legali tar-regolament ikkontestat. Ir-rikorrenti żżid tgħid sussidjarjament li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti biex tadotta r-regolament ikkontestat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE minħabba l-astensjoni li tadotta l-miżuri li jinkludi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn imwettqa matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti Nru 1472/2006 (2) u Nru 1294/2009 (3).
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036 minħabba l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping fl-assenza ta’ evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tqis li fi kwalunkwe każ huwa manifestament inġust li jiġi deċiż li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kien fl-interess tal-Unjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, minħabba l-adozzjoni ta’ att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan li jfittex.
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008, L 352M, p. 485).
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat- 22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy