24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/37
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2017 – Van Haren Schoenen BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-155/17)
(2017/C 129/56)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Van Haren Schoenen BV (Waalwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla r- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257, tal-14 ta’ Diċembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi. Il-motivi invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-154/17, Deichmann vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy