27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/38
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – L vs Il-Parlament
(Kawża T-156/17)
(2017/C 402/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fil-25 ta’ Lulju 2016, li biha tkeċċa r-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Parlament sabiex tħallsu l-ammont ta’ EUR 100 000 bħala danni morali; u
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-whistle-blowers kif iddefiniti fl-Artikolu 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 6(1) tar-regoli interni u tal-interess ikkonċernat tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ rispons tal-Parlament għat-talba għal assistenza mir-rikorrent skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal konċiljazzjoni.
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti fil-konfront tar-rikorrent.
8.
It-tmien motiv huwa bbażat fuq użu ħazin ta’ poter.
9.
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq in-natura abbużiva tat-tkeċċija.
Full & Egal Universal Law Academy