8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/55
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – RY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-160/17)
(2017/C 144/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RY (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi li:
—
id-deċiżjoni tas-27 ta’ April 2016 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà (DĠ HR) li xxolji l-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju konkluż għal żmien indeterminat skont l-Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, hija annullata;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrent li jinstema’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt tiegħu għal żmien indeterminat. Skont ir-rikorrent, id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, hija ġiet adottata bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, iktar preċiżament, tad-dritt tar-rikorrent li jiġi informat bl-ilmenti oġġettivi kollha li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, bir-raġunijiet ta’ allegat tkissir tar-rabta ta’ fiduċja.
Full & Egal Universal Law Academy